Quddiesa li tiċċelebra l-ħajja tat-trabi li mietu fil-ġuf

Fit-2 t’Ottubru se ssir quddiesa li tiċċelebra l-ħajja tat-trabi li mietu fil-ġuf.

Din il-quddiesa se tkun iċċelebrata mill-Isqof t’Għawdex Mario Grech fis-Santwarju tal-Madonna ta’ Pinu, fis-6.30pm. Stqarrija spjegat li kulħadd hu mistieden speċjalment dawk li tilfu tarbija, u l-familjari tagħhom.

Dawk li se jattendu huma mitluba iċemplu jew jibgħatu sms fuq 79386233. Din il-quddiesa organizzata minn Dar Guzeppa Debono mal-Komunitá Anawim.