Quddiesa għal nisa li qed jistennew tarbija

Il-Grupp Familji Nsara ta’ Wied il-Għajn qed jorganizza Quddiesa u Barka għall-Ommijiet li se jwelldu. Waqt il-Quddiesa, il-barka ssir bl-interċessjoni ta’ Sant’Anna li tħares lill-ommijiet u t-trabi fil-ġuf tagħhom.

Din il-Quddiesa se ssir nhar il-Ħadd 23 ta’ Settembru. Għal din il-quddiesa se jattendu wkoll ommijiet li welldu flimkien mal-familjari tagħhom biex jirringrazzjaw lil Alla tad-don tal-ħajja.

Kulħadd huwa mistieden jattendi.