Quddiesa għal dawk li tilfu tarbija

Se tiġi organizzata quddiesa għal dawk li tilfu tarbija.

Il-quddiesa qed issir b’kollaborazzjoni bejn Dar Ġużeppa Debono u l-Komunità Anawim. Dawk li tilfu tarbija minħabba abort, intervent tal-IVF, still birth, miscarriage, jew raġunijiet oħra huma mistienda li jattendu.

Fi stqarrija, l-għaqdiet qalu li l-quddies se ssir fis-Santwarju Nazzjonali tal-Madonna Ta’ Pinu, l-Għarb, Għawdex, nhar it-Tlieta 2 ta’ Ottubru fis-6.30 pm. Il-quddiesa sa tkun iċċelebrata mill-Vigarju Ġenerali tad-Djoċesi ta’ Għawdex Mons. Tarċisju Camilleri. 

Dawk li jixtiequ jattendu għandhom iċemplu fuq 99289740.