Quddiesa fil-Kon-Katidral ta’ San Ġwann qabel l-ewwel seduta tal-Leġislatura

Hekk kif il-President ta’ Malta ħareġ il-proklama biex jitlaqqa’ l-Parlament għall-għodwa tas-Sibt 6 t’April, Newsbook jista’ jikkonferma li qabel l-ewwel seduta tal-Leġislatura, se tiġi kkonċelebrata l-Quddiesa tal-Ispirtu s-Santu fil-Kon-Katidral ta’ San Ġwann. Din il-quddiesa tibda’ fid-09:00 u għaliha mistennija jattendu l-Membri Parlamentari kollha.
Intant waqt l-ewwel seduta tal-Parlament, l-Ispeaker tal-Kamra u l-Membri Parlamentari jieħdu l-ġurament tal-ħatra. Wara, il-President jindirizza l-Kamra tad-Deputati. L-ewwel impenn tal-Kamra tad-Deputati se jkun li jiġi approvat il-Baġit tal-Gvern għal din is-sena.