Quddiesa bl-Ingliż fuq Newsbook u 103

mass, quddiesa

Read in English.

Kull nhar ta’ Ħadd, minn dan il-Ħadd, Newsbook.com.mt u 103 Malta’s Heart se jibdew ixandru ċ-ċelebrazzjoni tal-quddiesa bl-Ingliż. Newsbook.com.mt se jkun qiegħed ixandar il-quddiesa fil-11am fuq dan il-link. L-istazzjon tar-radju 103 Malta’s Heart ixandar il-quddiesa wara t-trażmissjoni tar-Rużarju fis-7pm.

English Chaplaincy Mass

Kienu ħafna s-semmiegħa ta’ 103 Malta’s Heart u l-qarrejja ta’ Newbook.com.mt li kienu ilhom juru x-xewqa għal quddiesa bl-Ingliż. L-inizjattiva hija riżultat ta’ koperazzjoni bejn Newsbook.com.mt, 103 Malta’s Heart u ċ-Chaplaincy tal-Università mmexxija minn Fr Patrick Magro SJ.