​Quddiesa biex tfakkar l-ewwel xahar mill-mewt tal-Arċisqof Mercieca

Fl-okkażjoni tal-ewwel xahar mill-mewt tal-Arċisqof Emeritu Ġużeppi Mercieca, nhar il-Ħamis li ġej l-Arċisqof Charles Scicluna se jiċċelebra Quddiesa fil-Katidral tal-Imdina, b’suffraġju għal ruħu.
Il-Quddiesa se ssir fil-21 ta’ April u se tibda fis-6:00pm.
Qed tiġi organizzata mis-Segretarjat tal-Edukazzjoni Nisranija b’rikonoxximent tal-kontribut li l-Arċisqof Mercieca ta għall-iskejjel tal-Knisja.
Għal din il-Quddiesa qed jiġu mistiedna wkoll l-Awtoritajiet tal-Edukazzjoni u l-kapijiet tal-iskejjel tal-Knisja.
Dakinhar ukoll, l-Arċisqof Scicluna talab lill-Kappillani u l-Arċiprieti biex f’kull parroċċa ssir Quddiesa b’suffraġju għal ruħ l-Arċisqof Mercieca.