Quddiesa b’tifkira tal-Pulizija mejta

L-Aġent Kummissarju tal-Pulizija Ray Zammit dalgħodu ħa sehem għall-ewwel darba fl-irwol il-ġdid tiegħu billi attenta l-quddiesa b’tifkira tal-Pulizija li mietu.
Il-quddiesa li saret fil-kappella taċ-ċimiterju tal-Addolorata u li għaliha attenda wkoll il-Ministru tal-Intern Manuel Mallia saret ukoll fl-okkażjoni tal-mitejn sena mit-twaqqif tal-Korp tal-Pulizija.
Wara l-quddiesa, l-Aġent Kummissarju tal-Pulizija poġġa kuruna tal-fjuri fuq il-qabar tal-Korp tal-Pulizija.
Nhar il-Ħamis, il-Gvern ħabbar li b’kunsens ma' Peter-Paul Zammit ittieħdet id-deċiżjoni li dan ma jibqax Kummissarju tal-Pulizija.