Quddies ‘falz’ fil-lukandi

Il-Kurja tal-Arċisqof ħarġet avviż dwar ċertu ‘quddies’ li qed isir f’ċerti lukandi f’Malta li mhumiex tal-Knisja Kattolika.
Fi stqarrija, il-Kurja qalet li daħlu diversi rapporti dwar dan il-‘quddies’ li qed isir minn Mario Clayton Camilleri li mhuwiex saċerdot tal-Knisja Kattolika. Għaldaqstant, hu mhux qed jiċċelebra Quddiesa tal-Knisja Kattolika. Dan ir-raġel jidher fir-ritratt mehmuż mal-artiklu.