“Quddiem l-immigrazzjoni aħna poplu ħanin u ta’ qalb tajba”

Fl-intervista tal-ġimgħa fuq Newsbook, il-ġurnalist Karl Wright jitkellem mad-Delegat tal-Arċisqof għall-Ħidma Pastorali mal-Migranti u l-Itineranti, Fr Alfred Vella, li hu wkoll id-Direttur tal-Kummissjoni Emigranti. Flimkien jitħaddtu dwar ir-rakkomandazzjonijiet ta’ organizzazzjonijiet internazzjonali għal iktar ċentri għal tfal immigranti.
Fr Alfred Vella iwieġeb dwar x’ikun antiċipat jekk it-Taljani iwaqqfu l-operazzjoni Mare Nostrum. Jitkellem ukoll dwar il-koperazzjoni u l-biża, żewġ fatturi li jispikkaw fir-reazzjoni pubblika quddiem il-ħidma mal-immigranti.