Qtugħ ta’ dawl fil-Ħamrun…jirritorna għan-normal għas-6pm

Wara li fil-jiem li għaddew, ir-residenti u n-negozji f’San Ġiljan u Ħaż-Żabbar esperjenzaw qtugħ fil-provvista tal-elettriku, illum intlaqtu lokalitajiet oħra.

Minn informazzjoni li għandu Newsbook.com.mt, dawn jinkludu l-lokalitajiet tar-Rabat u l-Ħamrun.

L-elettriku fil-Ħamrun mar fit-3pm u skont il-Korporazzjoni Enemalta mistenni lura għal ħabta tas-6 pm

Newsbook.com.mt ikkuntattja lill-Enemalta fejn irriżulta li fil-Ħamrun m’hemmx provvista tal-elettriku minħabba ħsarat f’cable tal-high tension.