Qtugħ ta’ dawl f’Ħaż-Żabbar u Wied il-Għajn

Aġġornat 08:43 AM

Diversi żoni ta’ Ħaż-Żabbar u Wied il-Għajn bħalissa jinsabu mingħajr il-provvista tal-elettriku.

F’kitba fuq Facebook il-kumpanija Enemalta plc qalet li hemm xi ħsarat fid-distribuzzjoni tal-elettriku li wasslet biex jinqata’ d-dawl f’dawn iż-żoni.

L-Enemalta plc qalet li l-ħaddiema tagħha qegħdin jagħmlu minn kollox biex isolvu din il-problema u jerġa’ jkun hemm il-provvista tal-elettriku f’dawn iż-żewġ lokalitajiet mill-aktar fis.

F’temp ta’ sagħtejn, l-Enemalta ħabbret li kienet solviet il-problema u l-provvista tad-dawl reġgħet lura għan-normal.

Ningħaqdu, niġġeddu u nirnexxu. Din se tkun is-sejħa tiegħi f’din il-kampanja. 🇲🇹Ningħaqdu biex kollha kemm aħna…

Posted by Bernard Grech on Monday, August 31, 2020