Qtugħ fit-trażmissjoni

Ritratt: Tony Stoddard

L-Awtorità tixtieq tavża lill-pubbliku li llum l-Erbgħa 30 ta’ Settembru 2020 bejn is-2pm u l-5pm se jsiru xi xogħlijiet fuq it-torri tal-Għargħur jekk it-temp jippermetti.

Dan ix-xogħol kien meħtieġ wara li xi ġimgħat ilu saret l-ewwel fażi ta’ spezzjonijiet mat-torri tal-Għargħur.

Dan ix-xogħol sfortunatament se jikkawża qtugħ fit-trażmissjoni matul il-perjodu msemmi hawn fuq. Jekk ix-xogħol li hemm bżonn jitlesta qabel il-17:00, it-trażmissjoni tirritorna għan-normal qabel il-ħin previst.

L-Awtorità tiskuża ruħha għal kull inkonvenjent.

Dan it-tagħrif twassal mill-Awtoritá tax-Xandir.