Read in English.
Il-Water Services Corporation (WSC) avżat li jista’ jkun tinqata’ l-provvista tal-ilma minn dalgħodu ġewwa Ħal Safi. Skont post fuq Facebook il-WSC stqarret li l-provvista tista’ tieqaf minħabba li qed se jkun qed isir xogħol ta’ manutenzjoni tul il-ġurnata fl-inħawi ta’ Ħal Safi.
Il-provvista mistennija tiġi lura għan-normal tard wara nofsinhar.
Fi stqarrijia l-WSC qalu li minħabba xi xogħol ieħor ta’ manutenzjoni, il-provvista tal-ilma lejn San Gwann, San Giljan, Ta’ Sliema, il-Gżira, l-Imsida u Birkirkara se tkun sospiża. Ix-xogħol se jibda nhar l-Erbgħa 22 ta’ Jannar mill-10:00pm u mistenni jdum sal-għada filgħodu.