Qtugħ fil-provvista tal-elettriku

Iktar kmieni matul il-ġurnata, qarrejja ta’ Newsbook irrappurtaw qtugħ fil-provvista tad-dawl. Newsbook staħħreġ mal-Korporazzjoni Enemalta u kkonferma li ħsarat f’xi cables wasslu għal qtugħ fil-provvista tad-dawl f’xi partijiet minn Ħal Safi, Ħal Kirkop u ż-Żurrieq.

Il-provvista kellha terġa lura għan-normal wara xi xogħlijiet ta’ tiswija.

Ħalli l-kummenti tiegħek hawn taħt.