Qtugħ fil-provvista tal-elettriku fil-Mosta, in-Naxxar u partijiet mill-Iklin

Enemalta plc qed tinforma lilll-pubbliku li fl-aħħar ħinijiet esperjenzat ħsarat fis-sistema ta’ distribuzzjoni tagħha li waslet għal qtugħ fil-provvista tal-elettriku fil-Mosta, in-Naxxar u partijiet mill-Iklin.

Filwaqt li f’ċerti żoni l-provvista tal-elettriku tidher li ġiet lura għan-normal f’ħin qasir, skont Enemalta t-tekniċi tagħha qed jaħdmu bla heda biex il-qtugħ fil-provvista tal-elettriku jiġi lura għan-normal fil-postijiet kollha li spiċċaw milquta.