Qtugħ fil-provista tal-elettriku f’diversi nħawi

Il-Ħadd filgħaxija ġie rrappurtat qtugħ fil-provista tal-elettriku fix-Xlokk ta’ Malta.

Jidher li fost l-irħula li ġew affettwati minn dan kien hemm Ħaż Żabbar, Marsascala u ż-Żejtun.

Dan seħħ għall-ħabta tad-9.30pm. L-Enemalta qalet li dan kien ikkawżat minn xi ħsarat, iżda kollox kellu jerġa jirritorna għan-normal sa nofsillejl.