Qtil waqt l-Elezzjoni Presidenzjali fil-Kenja

Mill-inqas 12-il persuna inqatlet waqt l- Elezzjoni Presidenzjali fil-Kenja.

Qabel infetħu l-polls, erba’ pulzija nqatlu wara li gew attakati minn grupp ta’ persuni.

L-awtoritajiet tal-pajjiż qed jitammaw li ma jirrepetux ruħhom il-każijiet ta’ vjolenza li ġraw ħames snin ilu, fejn madwar 1,200 persuna gew maqtula.

Biex tiġi evitata l-vjolenza tal-elezzjoni precidenti, il- kummissjoni elettorali dħhlet miżuri biex il-proċess tal-għadd tal-voti jsir aktar malajr.