Qtil u serq f’Malta għal fuq serje televiżiva

Serje televiżiva ġdida se tħares lejn xi wħud mill-memorji maħżuna fil-Librerija Nazzjonali, fosthom ġrajjiet minsija ta’ qtil u serq.

Il-ġrajjiet li seħħew madwar 400 sena ilu se jidhru f’Deheb il-Karta huma bbażati fuq stejjer veri dokumentati fil-manuskritti. Deheb il-Karta, li jinsab fit-tieni staġun, hu serje ta’ 13-il dokudrama qosra ta’ 15-il minuta ‘l wieħed.

Bi skript ta’ Lino Farrugia u b’adattament għat-televiżjoni minn Frederick Testa, l-istaġun il-ġdid se jibda jintwera fuq TVM f’Ottubru. Ir-riċerka dwar il-kostumi u l-kostumi nfushom huma provduti mit-Teatru Manoel. Il-mużika oriġinali nkitbet minn Elton Zarb.

Il-Ministru għall-Edukazzjoni Evarist Bartolo qal li din is-serje televiżiva tibni pont bejn l-edukazzjoni, il-kultura u d-divertiment.