Qtil taċ-ċikonji tort il-KE -FKNK

Il-Federazzjoni Kaċċaturi Nassaba Konservazzjonisti (FKNK) tefgħet it-tort tal-qtil ta’ ċikonji fuq lill-Kummissjoni Ewropea (KE).

Fi stqarrija iebsa, l-FKNK qalet li filwaqt li tikkundanna kull att legali ta’ qtil tat-tajr protett, is-sitwazzjoni ma baqgħatx il-problema li seta’ nqatlet ċikonja iżda s-sitwazzjoni kkreata li ħadd m’għadu qed iwassal l-ebda rapport ta’ xi llegalita’.

Is-sitwazzjoni ma baqgħatx il-problema li seta’ nqatlet ċikonja, jew inqabad xi għasfur ieħor protett.  Is-sitwazzjoni hija l-problema li ġiet ikkreata issa peress li ħadd m’għadu qed iwassal ebda rapport ta xi llegalita’.

Il-Federazzjoni qalet li kienet waslet biex iġġib lill-maġġjoranza tal-membri tagħha lesti li jirrappurtaw kull att illegali li jistgħu jaraw jew jipprevedu, iżda issa tinsab f’sitwazzjoni fejn l-ebda kaċċatur u nassab Malti u Għawdxi li fadallu rispett lejn l-istituzzjonijiet Ewropej.

Hija qalet li filwaqt li l-FKNK wasslet lill-kaċċaturi u n-nassaba kollha josservaw il-liġi, jidher ċar li dak li kien legali, tradizzjonali u sostenibli nsteraq mill-Kummissjoni Ewropea li wżat is-saħħa tagħha biex ixxejjen kull sforz li għamlet il-federazzjoni u ħalliet lill-kaċċaturi u n-nassaba Maltin u Għawdxin b’xejn.