Qtil Roderick Grech: Se jibda l-ġuri

Read in English.

Il-ġuri tar-raġel akkużat li qatel lil Roderick Grech f’Birkirkara fl-2017 mistenni jibda fit-2 ta’ Settembru.

L-Imħallef Consuelo Scerri Herrera ma laqgħetx it-talba tal-familja tal-vittma biex il-ġuri ma jibdiex. Fir-rikors tagħha, il-familja qalet li l-ġurati mhux se jkollhom il-ħiliet neċessarji biex joħorġu b’verdett kif suppost.

Jirrakkontaw dak li għadda minnu Roderick Grech qabel ma’ miet

Grech kien instab mal-art f’Birkirkara fid-29 ta’ Marzu fl-2017 u miet jumejn wara fl-Isptar Mater Dei kawża tal-ġrieħi li sofra b’daqqiet ta’ sikkina.

Lura fl-2017, ir-raġel ta’ 38 sena minn Birkirkara akkużat bi qtil ta’ Grech qal li huwa tah bis-sikkina biex jiddefendi lilu nnifsu. Il-vittma, beda jgħid ripetutament il-kelma “vojt” ftit qabel miet, referenza għal-laqam tal-akkużat.

Qtil Birkirkara: “Tani daqqa, bżajt u tajtu daqqa b’sikkina”