Qtil Roderick Grech: Il-ġuri pospost fuq teknikalità

Read in English.

Il-ġuri tar-raġel akkużat li qatel lil Roderick Grech f’Birkirkara fl-2017 u li kien mistenni jibda dalgħodu ġie pospost dalgħodu wara żball amministrattiv.

Il-ġuri ta’ Ettienne Bartolo magħruf bħala “Il-Vojt” kellu jiġi pospost għal ġurnata oħra wara li l-lista ta’ persuni li għandhom ikunu parti mill-ġurija ma ġietx ippubblikata fil-Gazzetta tal-Gvern. Suppost, madwar 150 persuna kellhom jgħaddu minn screening inizjarju li mbagħad minnhom kellhom jiġu magħżula l-aħħar grupp ta’ ġurija llum.

Aqra: Qtil Roderick Grech: Se jibda l-ġuri

L-Imħallef Consuelo Scerri Herrera ħarġet digriet għall-ħabta tad-9pm il-lejl li għadda fejn qalet li l-ġuri ġie pospost kawża tal-iżball tekniku.

Il-ġimgħa li għaddiet, l-Imħallef Consuelo Scerri Herrera ma laqgħetx it-talba tal-familja tal-vittma biex il-ġuri ma jibdiex. Fir-rikors tagħha, il-familja qalet li l-ġurati mhux se jkollhom il-ħiliet neċessarji biex joħorġu b’verdett kif suppost.

Aqra: Jirrakkontaw dak li għadda minnu Roderick Grech qabel ma’ miet

Grech kien instab mal-art f’Birkirkara fid-29 ta’ Marzu fl-2017 u miet jumejn wara fl-Isptar Mater Dei kawża tal-ġrieħi li sofra b’daqqiet ta’ sikkina.

Lura fl-2017, ir-raġel ta’ 38 sena minn Birkirkara akkużat bi qtil ta’ Grech qal li huwa tah bis-sikkina biex jiddefendi lilu nnifsu. Il-vittma, beda jgħid ripetutament il-kelma “vojt” ftit qabel miet, referenza għal-laqam tal-akkużat.

Aqra: Qtil Birkirkara: “Tani daqqa, bżajt u tajtu daqqa b’sikkina”