Qtil Raħal Ġdid: Biżżejjed flus għall-funeral

Inġabru biżżejjed flus mill-Fondazzjoni għad-Drittijiet tan-Nisa (WRF) sabiex ikun jista’ jsir il-funeral ta’ Lourdes Agius li nqatlet f’Raħal Ġdid il-ġimgħa l-oħra.

F’messaġġ fuq Facebook, il-Fondazzjoni qalet li jekk ikun għad fadal xi flus mill-fondi li nġabru, il-flus imorru sabiex jgħinu fit-trobbija tas-sitt itfal tagħha, fosthom tarbija. Huma rringrazzjaw lil dawk kollha li wrew solidarjetà mal-familja fi żminijiet daqshekk diffiċli.

It-Tnejn li għadda, fuq Facebook, il-WRF qalet li l-familja tal-vittma talbet l-assistenza legali tal-fondazzjoni. Il-WRF qalet li se twiegħed li se tassigura li ssir il-ġustizzja.

Il-Pulizija resqet il-qorti raġel ta’ 28 sena mill-Kosta tal-Avorju li qal li mhux ħati tal-akkużi miġjuba kontrih. Ir-raġel ġie akkużat bil-qtil tas-sieħba tiegħu li nstabet mejta f’darha f’Raħal Ġdid.

Dear all, We wish to inform you that as at this morning, we have collected enough funds to cover the cost of Lourdes…

Posted by Women's Rights Foundation on Wednesday, September 19, 2018