Qtil Pariġi: Seħħ fl-istess ħin li fih is-sena l-oħra sar l-attakk fuq Charlie Hebdo

L-inċident tal-bieraħ f’Pariġi seħħ fl-istess ħin li fih is-sena l-oħra l-aħwa Kouachi wettqu l-attakk tagħhom fuq Charlie Hebdo. Dan hekk kif kien propju fil-11.30 ta’ filgħodu, li r-raġel avviċina lill-pulizija qabel inqatel.
Skont il-prosekutur, hemm il-possibbiltà li ż-żewġ każijiet huma relatati, speċjalment wara li l-awtoritajiet ikkonfermaw li dan għalihom kien inċident terroristiku.
Skont l-uffiċjali, ir-raġel li fl-attakk tiegħu għajjat “Allahu akbar”, kien iġib l-isem ta’ Sallah Ali, ta' oriġini Marokkin.
Iċ-ċinturin li kien liebes ma kienx fih xi splussivi minkejja li ntbagħtu xi esperti wara li xi wajers dehru ħerġin minn ġismu.
Il-marki li nstabu fuq il-fajls tal-pulizija fl-arrest li kien sar dwar serq fin-naħa t’isfel ta’ Franza fl-2013, qed jindikaw li dawn jaqblu ma’ tiegħu.
Għaldaqstant, il-prosekutur stqarr li se tinfetaħ investigazzjoni ta’ terroriżmu dwar dan l-inċident.