Qtil Matthew Zahra: “Taf li jumejn ilu mara nqatlet b’bomba?”

Wieħed mill-irġiel li qed ikun akkużat bil-qtil ta’ Matthew Zahra, qal fil-Qorti li nstabu xi splussivi neqsin mill-garaxx tal-vittma
Zahra kien inqatel f’Awwissu tal-2012 bil-fdalijiet tiegħu jinstabu ġo għalqa fejn kienu nstabu wkoll l-iġsma ta’ Mario Camilleri, magħruf bħala l-Imnieħru u ibni Mario, maqtula f’Lulju 2013.
L-akkużat xehed fil-kumpilazzjoni tiegħu u ta’ raġel ieħor akkużati bil-qtil.
Dan l-akkużat qal li l-Imnieħru kien iżomm tliet bombi fil-garaxx ta’ Matthew Zahra u li issa huma neqsin.
Staqsa jekk sarux xi investigazzjonijiet u qal ukoll li “aħna  nafu x’ġara. Dawn għadhom iduru.”
L-akkużat kompla jgħid li kien mar il-Kwartieri Ġenerali tal-Pulizija biex jitkellem mal-Ispettur involut, iżda kienu bagħtuh għand ħaddieħor u spiċċa ma kellmu ħadd.
Meta l-Qorti pprovat tispjegalu li l-affarijiet ma jsirux hekk, l-akkużat dahar fuq l-ispettur u qallu: “Taf li jumejn ilu mara nqatlek b’bomba?”
Il-każ ikompli f’Novembru.

Ritratt: Ian Noel Pace: Il-vettura ta Daphna Caruana Galizia ftit wara l-isplużjoni