Qtil Khashoggi: Evidenza li tinkrimina lill-Prinċep tal-Arabja Sawdija – espert tal-UN

Reuters

Investigatur tan-Nazzjonijiet Magħquda qal li l-Prinċep tal-Arabja Sawdija Mohammed bin Salman u uffiċjali Sawditi oħra għandhom jiġu investigati għall-qtil tal-ġurnalist Jamal Khashoggi, peress li hemm biżżejjed evidenza kredibbli li tindika li huma kienu wara dan il-qtil.

Aqra: Qtil Khashoggi: Jitolbu għall-piena tal-mewt għall-5 suspettati

Il-Ministru għall-Affarijiet Barranin tal-Arabja Sawdija Adel al-Jubeir qal li dan ir-rapport mhu xejn ġdid, u jinkludi kontradizzjonijiet ċari u allegazzjonijiet bla bażi li jmorru kontra l-kredibbiltà tiegħu.

Reuters

Il-qtil ta’ Khashoggi għamel ħafna ħsara lir-reputazzjoni tal-Prinċep li qabel kien ammirat fil-Punent talli ġab bidliet bħar-riforma tat-taxxa, proġetti infrastrutturali u li n-nisa fl-Arabja Sawdija setgħu jibdew isuqu.

Aqra: Qtil Khashoggi: Ir-relazzjoni bejn l-Istati Uniti u s-Sawdi Arabja titfarrak