Qtil Kalkara: Il-vittma miet kawża ta’ emorarġija f’rasu

L-espert forensiku Mario Scerri fil-Qorti qal li  Joseph Caruana, li nqatel f’Ottubru tas-sena l-oħra fil-Kalkara miet minħabba li tilef ammont kbir ta’ demm minn rasu.
Kawża oħra kienet ferita li kellu fix-xewka ta’ dahru minħabba tir ta’ arma tan-nar.
Scerri qal li l-vittma, jiġifieri l-kunjatu tal-akkużat, fil-ħin tal-isparatura kien fid-dar flimkien flimkien ma’ bintu u n-neputija.
Dr Scerri qal li meta l-vittma prova joħroġ mid-dar, l-akkużat Gregorio Scicluna reġa’ sparalu.
Scicluna, ta’ 52 sena mill-Kalkara, hu akkużat li qatel lil Joseph Caruana u talli prova joqtol ukoll l-eks sieħba tiegħu u t-tfal tagħha, li għandhom tliet u ħames snin.