Qtil Hugo: Ippreżentati rapporti fil-Qorti; il-każ ikompli f’Jannar

Illum ġew ippreżentati rapporti fil-Qorti fil-każ ta’ qtil tal-intraprenditur Hugo Chetchuti. Illum kompliet il-kumpilazzjoni tax-xhieda li mistennija terġa’ tkompli fid-9 ta’ Jannar.

Fil-Qorti l-espert tal-IT Martin Bajada u żewġ uffiċjali tal-Pulizija ppreżentaw ir-rapporti tagħhom b’rabta mal-każ.

Waqt li kompliet tinstema’ l-kumpilazzjoni kien hemm numru ta’ pulizija armati fil-Qorti.

Chetcuti, intraprenditur lokali magħruf l-aktar fid-dinja tad-divertiment, spiċċa vittma ta’ daqqa ta’ sikkina fis-6 ta’ Lulju tard filgħaxija, huwa għamel xi jiem jissielet għal ħajtu u tilef il-battalja fil-11 ta’ Lulju.

Raġel ta’ 35 sena mis-Serbja qed jiġi akkużat bil-qtil, kif ukoll li attakka jew ħebb fuq forzi tal-ordni, li ma obdiex l-ordnijiet mgħotijja lilu u li kellhu arma bil-ponta.

Aqra aktar:

“Aqbdu aqbdu” – Hugo malli qala’ d-daqqiet ta’ sikkina

Qtil Hugo: Xhud “iħebb” għall-akkużat fil-Qorti

Filmat: Każ Hugo Chetcuti – Is-Serb iwieġeb mhux ħati