Qtil Ħamrun: Allegat argument dwar tifel ta’ sentejn

Il-qtil ta’ Brandon Pace seta’ seħħ minħabba allegazzjonijiet li t-tifel tal-aggressur kien qed jiġi stmat ħażin mill-vittma.
TVM żvela li l-qraba tal-aggressur allegaw li l-vittma kien qed joħroġ mal-eks tfajla tal-aggressur u li t-tifel ta' sentejn kien qed jgħix ma’ Pace u t-tfajla.
Jidher li l-argument beda fuq it-telefown u wara l-aggressur mar għand il-vittma flimkien mal-ġenituri tiegħu u ħuh.
Pace miet ilbieraħ wara li qala’ daqqiet ta’ sikkina fi Triq Giovanni Barbara, fil-Ħamrun.
Xhieda fuq il-post qalu li l-aggressur, ħarab minn fuq il-post. Il-karozza li allegatament ħarab biha nstabet mill-Pulizija miftuħa, u bil-madum u l-ħġieġ imkisser fiha. Aktar tard il-Pulizija sabet lill-aggressur.
Min-naħa tagħha l-Pulizija kkonfiskat il-filmat u l-apparat kollu tas-sistema ta’ kameras tas-sigurtà li hemm mad-dar fuq in-naħa l-oħra tat-triq.
B’rabta mal-każ il-Pulizija arrestat tliet persuni; l-allegat aggressur flimkien ma' missieru u ommu