Read in English.
Salvu Dalli, r-raġel ta’ 68 sena li qiegħed jiġi akkużat li qatel lil ibnu ma ngħatax il-ħelsien mill-arrest wara li l-Imħallef iddeċidiet li r-raġuni ta’ Dalli mhux b’saħħitha biżżejjed biex jingħata l-ħelsien mill-arrest.
Fil-Qorti l-avukati ta’ Dalli argumentaw li minħabba li fil-ħabs hemm każijiet pożittivi għall-Covid-19 ir-raġel se jkun f’riskju minħabba li huwa vulnerabbli.
Min-naħa tagħha l-Imħallef Consuelo Scerri Herrera qalet li r-raġel mhuwiex affidabbli u hemm il-possibilità li jbabas ix-xhieda fuq il-każ tiegħu.
L-Avukata mill-Uffuċċju tal-Avukat Ġenerali argumentat li barra mill-ħabs hemm iktar persuni li huma infettati bil-virus milli fil-ħabs u għalhekk xorta se jkun espost għall-virus.
Fis-7 ta’ Awwissu, Dalli ġie arrestat wara li allegatament qatel lil ibnu f’argument fir-residenza tiegħu f’Ħal Għaxaq. Antione Dalli instab mejjet fil-kamra tal-banju u kellu tir fl-istonku tiegħu.
Fil-Qorti Dalli wieġeb baqa’ jinżamm arrestat wara li wieġeb mhux ħati għall-akkużi miġjuba kontrih. Quddiem il-Maġistrat Astrid May Grima, il-Prosekuzzjoni qalet li r-raġel għamel użu minn arma biex wettaq ir-reat u li din l-arma intużat f’żona abitata.