Qtil Ħal Far: Iż-żewġ suldati jinħelsu mill-arrest bil-kundizzjonijiet

Read in English.

Lorin Scicluna u Francesco Fenech, iż-żewġ suldati akkużati bil-qtil motivat minn mibiegħda razjali ta’ Soulayman Lassana Cisse, nħarġu mill-ħabs fuq pledge b’depożitu ta’ €30,000, b’garanzija personali ta’ €20,000 u għandhom jibqgħu d-dar bejn is-7pm u s-6am kuljum. Huma ġew ordnati wkoll jiffirmaw fl-għassa tal-Pulizija.

Lassana Cisse nqatel kiesaħ u biered waqt li kien miexi f’Birżebbuġa fis-6 ta’ April li għadda.

It-tnejn li huma kienu suldati mal-Forzi Armati ta’ Malta. Qed jiġu akkużati li għamlu użu minn Toyota Starlet mingħajr numri ta’ reġistrazzjoni fuq quddiem u wara kif suppost. Il-Qorti ntlabet tqis li r-reati tewttqu minn uffiċjali pubbliċi li kellhom jissorveljaw biex dawn ma jsirux.

Huma akkużati wkoll b’omiċidju volontarju, feriment ta’ persuni, u akkużi oħra.