Qtil ġurnalist: 5 persuni jingħataw il-piena tal-mewt

Read in English.

L-Arabja Sawdija tat il-piena tal-mewt lil ħames persuni filwaqt li tat sentenza ta’ ħabs lil tlieta oħra fuq il-qtil tal-ġurnalist Jamal Khashoggi.

Il-ġurnalist, li kien jaħdem għal The Washington Post, inqatel f’Ottubru tal-2018 wara li daħal fl-Ambaxxata tal-Arabja Sawdija f’Istanbul biex iġib dokumenti uffiċjali li kienu jippermetulu li jiżżewweġ lill-maħbuba tiegħu.

Il-mewt ta’ Khashoggi kkawżat rabja internazzjonali filwaqt li għamlet ħsara kbira lir-reputazzjoni tal-Arabja Sawdija.

Skont rapport tan-Nazzjonijiet Magħquda, l-evidenza turi li l-eżekuzzjoni tal-ġurnalist kienet tirrikjedi “koordinazzjoni sinifikanti mill-Gvern, kif ukoll diversi riżorsi u finanzi”.

L-istess rapport kompla jgħid li operazzjoni fuq dan il-livell ma ssirx mingħajr ma jkun jaf il-Prinċep u l-Istat.