Qtil f’Raħal Ġdid: Qed jinġabru l-flus għall-funeral

Il-Fondazzjoni għad-Drittijiet tan-Nisa (WRF) qed tiġbor il-flus għall-ispejjeż tal-funeral tal-mara li nqatlet f’Raħal Ġdid il-ġimgħa l-oħra.

Fuq Facebook, il-WRF qalet li l-familja tal-vittma talbet l-assistenza legali tal-fondazzjoni. Il-WRF qalet li twiegħed li se tassigura li ssir il-ġustizzja. Id-dettalji ta’ kif wieħed jista’ jagħmel id-donazzjoni tiegħu jinsabu fuq il-paġna ta’ Facebook tal-WRF.

Ilbieraħ l-Pulizija resqet il-qorti raġel ta’ 28 sena mill-Kosta tal-Avorju li qal li mhux ħati tal-akkużi miġjuba kontrih. Ir-raġel ġie akkużat bil-qtil tas-sieħba tiegħu li nstabet mejta f’darha f’Raħal Ġdid. Lourdes Agius Hija kienet omm ta’ sitt itfal, fosthom tarbija.

Dear all, Lourdes’s family has engaged Women’s Rights Foundation to represent her interest in criminal proceedings…

Posted by Women's Rights Foundation on Sunday, September 16, 2018