Qtil f’Raħal Ġdid: Jgħid li mhux ħati

Il-Pulizija resqet il-qorti raġel ta’ 28 sena mill-Kosta tal-Avorju li qal li mhux ħati tal-akkużi miġjuba kontrih. Ir-raġel ġie akkużat bil-qtil tas-sieħba tiegħu li nstabet mejta f’darha f’Raħal Ġdid.

Michael Emmanuel tressaq taħt arrest illum quddiem il-Maġistrat Caroline Farrugia Frendo.

Agius instabet mejta lbieraħ filgħodu fil-kamra tas-sodda tad-dar tagħha f’Raħal Ġdid, fejn kien ikkonfermat li mietet fgata.

Hija kienet omm ta’ sitt itfal, fosthom tarbija.

Il-mara li kienet omm ta’ sitt itfal instabel fgata. Ir-raġel li se jittella’ l-Qorti huwa s-sieħeb tal-maqtula li kellha tliet itfal minnu.  Rapporti qalu li kien hemm ħafna inċidenti ta’ vjolenza domestika bejn il-koppja.

Inqasna lill-vittma

Il-fundatriċi tal-Fondazzjoni għad-Drittijiet tan-Nisa, Lara Dimitrijevic f’kumment li għamlet fuq Facebook qed tappella lill-awtoritajiet biex joffru protezzjoni aħjar lin-nisa vittmi tal-vjolenza domestika fid-dawl ta’ erba’ omiċidji f’temp ta’ erba’ xhur.

Fil-kumment tagħha l-attivista qalet li din l-aħħar vittma ma kienx ħaqqa titlef ħajjitha u aħna ilkoll fallejna. L-istat falla, kitbet  Dimitrijevic, u wasal iż-żmien li dawk responsabbli jinżammu responsabbli u kontabbli ta’ għemilhom, inkluż l-awtoritajiet li fallew milli jipproteġu lill-vittmi wara snin sħaħ ta’ paroli dwar liġijiet għal protezzjoni tal-vittmi.

Nisa Laburisti dwar il-każ

Nisa Laburisti tikkundanna kull att vjolenti li wassal għall-qtil brutali ta’ mara oħra mqtula f’darha. Il-Grupp saħaq li huwa importanti li riżorsi neċessarji, nies imħarrġa u servizzi speċjalizzati għal persuni f’riskju jew li huma vittmi ta’ vjolenza domestika, jkunu disponibbli. Il-grupp Nisa Laburisti ħabbar li se jkun qed jattendi il-Marċ kontra l-Femiċidju nhar is-Sibt 22 ta’ Settembru, filwaqt li nkoraġġixxa lil kulħadd jattendi.