Massakru f’Las Vegas: il-qattiel kien “qalbu tajba, kwiet u jħoss għall-oħrajn”

Is-sieħba ta’ Stephen Paddock, l-anzjan li qatel mas-60 ruħ meta qabad jispara fuq in-nies il-Ħadd li għadda, qalet li ma kellha ebda ħjiel ta’ x’kellu f’moħħu s-sieħeb tagħha, li ddeskrivietu bħala raġel qalbu tajba, kwiet u jħoss għall-oħrajn.
Waqt festival tal-mużika f’Las Vegas, l-anzjan ta’ 64 sena fetaħ in-nar fuq in-nies apparentament bla ebda raġuni, u qatel 58 persuna u darab għexieren oħra, f’dak li qed jitqies bħala l-agħar massakru ta’ dan it-tip fl-istorja moderna tal-Istati Uniti.
Il-kummenti ta’ Marilou Danley, is-sieħba Filippina tal-anzjan, ingħata lill-midja ftit sigħat qabel ma l-Pulizija ħarġet stqarrija tgħid li aktarx Paddock kellu ħajja oħra sigrieta minn kulħadd.
Mill-investigazzjonijiet, aktarx il-pjan oriġinali tal-anzjan ma kienx li jispara lilu nnifsu, kif fil-fatt għamel, iżda li jaħrab mill-pajjiż.
Paddock kien diġà bbukkja kamra f’lukanda qrib festival ieħor il-ġimgħa ta’ qabel wettaq id-delitt, u ftit sigħat qabel ma wettqu kien qed jilgħabhom f’każinò.
Minkejja dan il-ħjiliet kollha, l-awtoritajiet għadhom ma jafux x’wassal lil Paddock jagħmel dil-ħaġa, u lanqas waslu għal xi ħadd ieħor li seta’ kien kompliċi.
Sadanittant, is-sieħba tiegħu qed tiġi investigata wkoll, u fil-Qorti nstema’ li minn jeddha kkuntattjat lill-Pulizija meta saret taf bil-każ.
Hi kienet il-Filippini ma' familtha wara li ġimgħa qabel Paddock kien issorpendiha b'biljett biex tmur ħdejhom u mal-$100,000 biex tixtri dar.