Qtil doppju Tas-Sliema: Tinstab il-vettura misruqa

Read in English.

Il-vettura li nstaqet mill-allegat aggressuri fil-qtil doppju f’Tas-Sliema nstabet fil-parkeġġ tal-isptar San Luqa fi Gwardamangia. Hekk irrapporta l-istazzjon nazzjonali f’servizz li fih jingħad ukoll li l-Pulizija qed jimxu fuq it-teorija li s-suspettati huma persuni professjonali, x’aktarx mil-Lvant tal-Ewropa.

It-tabib Chris Pandolfino u s-sieħeb tiegħu Ivor Maciejowski nqatlu kiesaħ u biered f’residenza fi Triq Locker f’Tas-Sliema.

TVM irrapporta kif il-vettura bajda kienet SUV tal-għamla Volkswagen Tiguan. Jidher ukoll li fil-vettura nstab tagħmir sofistikat li jfixkel il-frekwenzi tar-radju u l-mobile.

Il-vettura kienet aktarx inserqet wara li l-ħallelin serqu wkoll l-ispare key mir-residenza tas-sid.