Illum kienet skedata li tibda l-kumpilazzjoni tax-xhieda fil-konfront ta’ Daniel Muka, Albaniż ta’ 25 sena li jinsab akkużat bil-qtil doppju f’Tas-Sliema fit-18 ta’ Awwissu li għadda. Madanakollu waqt is-sedua tal-lum, il-partijiet qablu li l-kumpilazzjoni tibda nhar il-Ħamis li ġej.
Segwi minuta b’minuta:
11:49 Grazzi talli segwejtuna. Nawguralkom il-ġurnata t-tajba!
Charmaine Attard
11:48 Is-seduta tal-lum tiġi fi tmiemha. Is-seduta li jmiss se ssir il-Ħamis li ġej fil-11.30am. Il-Maġistrat talbet lill-Maġistrati biex tressaq ix-xhieda biex il-Qorti tkun tista' tikkonferma jekk hemmx evidenza prima facie.
Charmaine Attard
11:48 Il-Prosekuzzjoni ma ppreżentatx xhieda llum.
Charmaine Attard
11:45 Tidħol lura fl-awla l-Maġistrat Lia wkoll.
Charmaine Attard
11:41 L-avukati reġgħu daħlu fl-awla.
Charmaine Attard
11:36 Ir-raġel ta' 25 sena twieled Tirana, l-Albanija. Joqgħod il-Furjana, fejn ġie arrestat nhar it-Tlieta li għadda.
Charmaine Attard
11:23 Dr Bianco jitlob għal ftit minuti biex jitkellem mal-klijent tiegħu. Il-Maġistrat Lia toħroġ mill-awla.
Charmaine Attard
11:22 Il-Maġistrat Nadine Lia qed tikkonsulta mal-avukati tad-difiża u tal-parte civile.
Charmaine Attard
11:21 L-avukati Dr Joe Giglio u Roberta Bonello qed jidhru għall-qraba tal-vittmi. L-avukat Noel Bianco qed jidher għall-akkużat.
Dakinhar inqatlu Christian Pandolfino u s-sieħeb tiegħu Ivor Maciejowski fid-dar tagħhom fi Triq Locker. Huwa ġie arrestat nhar it-Tlieta li għadda waqt rejd fil-Furjana.
Il-kumpilazzjoni tax-xhieda se tkun qed tinstema’ quddim il-Maġistrat Nadine Lia.
Muka jinsab mixli wkoll li seraq €2,329 f’deheb u oġġetti oħra, li kellu armi u munizzjon mingħajr liċenzja, li uża vettura misruqa, u s-serq ta’ żewġ pjanċi tal-karozzi.
Minkejja li wieġeb mhux ħati, Muka ma ngħatax il-ħelsien mill-arrest.
Il-Pulizija identifikawh mill-filmati tal-kameras tas-sigurtà. L-akkużat kien diġà mixli b’serqa u b’attentat ta’ qtil ta’ uffiċjali tal-Pulizija waqt serqa f’ħanut tad-deheb f’Tas-Sliema.
Se jkun qiegħed issir proġett fil-Kulleġġ St Thomas More, Skola Sekondarja ta’ Santa Luċija b’investiment ta’ €4 miljun. Permezz ta’ dan il-proġett, din l-iskola issa se jkollha kumpless sportiv u sala. Dan huwa parti minn investiment ta’ €50 miljun li qiegħed jiġi investit fis-settur edukattiv fuq livell infrastrutturali.
We use cookies to ensure that we give you the best experience on our website. If you continue to use this site we will assume that you are happy with it.OkCookies Policy