Qtil doppju Tas-Sliema: It-tielet suspettat arrestat fi Spanja

Ritratt fl-isfond: Sarah Cassar Dymond

Read in English.

Il-Pulizija qalu li t-tielet suspettat fil-każ tal-qtil doppju f’Tas-Sliema nqabad fi Spanja preċiżment f’lukanda f’Cadiz fin-nofsinhar tal-pajjiż. Huwa ġie arrestat permezz ta’ ħidma konġunta bejn il-Pulizija Maltija u dik Spanjola mhejjunin mill-Interpol.

Is-suspettat telaq minn Malta nhar il-Ġimgħa 28 ta’ Awwissu u b’hekk inħareġ Mandat ta’ Arrest Ewropew. Sar ukoll kuntatt mal-Pulizija Spanjola biex la darba jinqabad, jiġi estradit lejn Malta.

Issa mistenni li jinbdew il-proċeduri fil-Qrati Spanjoli biex is-suspettat jiġi estradit lejn Malta fejn mistenni jitressaq il-Qorti akkużat bl-involviment tiegħu fil-qtil doppju ta’ Christian Pandolfino u Ivor Maciejowsk. Dan il-qtil seħħ nhar it-18 ta’ Awwissu f’residenza fi Triq Locker f’Tas-Sliema.