Iż-żewġ nisa rrapurtati nieqsa nhar l-Erbgħa li għadda, l-omm u bintha Marija Lourdes u Angele Bonnici, instabu f’għalqa fil-limiti ta’ Ħal Għaxaq.
L-għalqa tinsab fi Trejqet Santu Kristu fl-istess lokalita’ tar-residenza tal-vittmi.
Il-Pulizija qalet li hija wasslet għas-sejbien tal-katavri wara li għal ħinijiet twal kienu mitkellma diversi persuni sabiex jiġi stabbilit fejn setgħu jinstabu ż-żewġ nisa.
Xi qraba tal-familja taw indikazzjoni li wasslet sabiex dawn iż-żewġ persuni jinstabu ġewwa għalqa fil-limiti tal-Gudja. Sfortunatament, iż-żewġ persuni nstabu bla ħajja.
Rapporti qed jgħidu li iben il-vittma jidher li ammetta li kien hu li qatel lil ommu u lil oħtu Angele.
Dwar il-każ infetħet inkjesta mmexxija mill-Maġistrat tal-Għassa li ħatret bosta esperti biex jassistuha fl-inkjesta.
Marija Lourdes Bonnici u bintha Angele Bonnici, kienu rrappurtata nieqsa lill-
Pulizija l-Erbgħa waranofsinhar. Huma dehru l-aħħar nhar it-Tlieta 26 ta’ Marzu għall-ħabta tas-7am fir-residenza tagħhom f’Ħal Għaxaq.