Qtil doppju f’Tas-Sliema: Tfittxija għat-3 aggressuri

Sarah Cassar Dymond

Read in English.

Il-Pulizija mistennija tagħti d-dettalji dwar il-qtil doppju li seħħ f’Tas-Sliema lbieraħ filgħaxija, meta nqatlu Dr Cristian Pandolfino u s-sieħeb tiegħu Ivor Maciejowski.

Il-punti ewlenin dwar il-qtil

  • Il-vittmi nstabu mejtin f’żewġ sulari differenti tad-dar; mietu fuq il-post
  • Intlaqtu b’sitt tiri
  • Cristian Pandolfino, wieħed mill-vittmi, kien barra bejn is-7pm u l-10pm
  • Intlemħu xi persuni deħlin ġod-dar li damu erba’ minuti ġewwa
  • Wara ħarbu b’karozza bajda
  • Il-Pulizija issa qed tfittex lil dawn it-tliet aggressuri
  • Il-motiv għadu mhux magħruf
  • L-awtopsja se ssir għada
  • Appell biex kull min għandu informazzjoni jgħaddiha lill-Pulizija, anke b’mod anonimu

Aqra x’qed jingħad fil-konferenza minuta b’minuta

14:50 Il-konferenza spiċċat. Grazzi talli segwejtuna.
Sephora Francalanza
14:46 Għadu jrid jiġi stabbilit f'liema direzzjoni marret il-karozza minn hemm, billi l-filmati tal-kameras tas-sigurtà għadhom qed jiġu analizzati.
Sephora Francalanza
14:46 Il-karozza bajda dehret tinstaq 'il fuq, billi t-triq hija one way.
Sephora Francalanza
14:46 L-aggressuri damu erba' minuti ġor-residenza.
Sephora Francalanza
14:45 Il-kelliem għall-Pulizija appella lil kull min jista' jkollu xi informazzjoni biex jgħaddiha lill-Pulizija.
Sephora Francalanza
14:44 Il-postijiet eżatti fejn intlaqtu l-vittmi jsiru magħrufa fl-awtopsja li se ssir għada, iżda l-kelliem għall-Pulizija qal li ntlaqtu f'diversi partijiet ta' ġisimhom.
Sephora Francalanza
14:41 Il-Pulizija qiegħda tfittex lil dawn it-tliet persuni, u ħadd mhu qed jinżamm mill-Pulizija.
Sephora Francalanza
14:40 F'dan l-istadju, il-Pulizija ma jistgħux jeskludu jekk it-tliet aggressuri kinux Maltin jew barranin.
Sephora Francalanza
14:40 Il-vittmi ma kinux magħrufin mal-Pulizija.
Sephora Francalanza
14:40 Kien hemm kameras tas-sigurtà ġor-residenza, iżda l-kelliem għall-Pulizija qal li mhuwiex prudenti li jagħti dettalji ta' fejn kienu.
Sephora Francalanza
14:39 Xi affarijiet li kienu fid-dar huma neqsin.
Sephora Francalanza
14:39 F'dan l-istadju xejn mhu qed ikun eskluż, iżda l-motiv għadu ma ġiex stabbilit.
Sephora Francalanza
14:39 Għada għandha ssir awtopsja fuq il-vittmi.
Sephora Francalanza
14:38 L-aggressuri dehru jaħarbu minn fuq il-post b'karozza, li għadha trid tiġi identifikata.
Sephora Francalanza
14:38 Għall-ħabta tal-10.19pm dehru xi nies deħlin fid-dar u ħarġu ftit minuti wara.
Sephora Francalanza
14:37 Wieħed mill-vittmi, Cristian Pandolfino, ħareġ mid-dar fis-7pm u rritorna għall-ħabta tal-10pm.
Sephora Francalanza
14:37 Inqatlu b'tal-anqas sitt tiri.
Sephora Francalanza
14:37 Huma ġew ikkonfermati mejtin fuq il-post.
Sephora Francalanza
14:37 Iż-żewġ irġiel instabu fuq żewġ sulari differenti fid-dar fi Triq Locker.
Sephora Francalanza
14:36 Merħba f'dan il-blogg live mill-Kwartieri Ġenerali tal-Pulizija.
Sephora Francalanza