Qtil doppju f’Tas-Sliema: 2 irġiel Maltin meħlusin mill-arrest

Miguela Xuereb

Read in English.

Il-Pulizija ħelset mill-arrest mingħajr ma akkużat lil żewġ irġiel Maltin li ġew arrestati lbieraħ waqt ir-rejd li sar fil-Furjana, meta nqabad l-Albaniż li allegatament qatel lil Christian Pandolfino u Ivor Maciejowski ġo darhom f’Tas-Sliema l-ġimgħa li għaddiet.

Il-ġurnali Times of Malta u Net News illejla rrappurtaw li ż-żewġ irġiel inħelsu wara li nstabu ġol-istess residenza fil-Furjana meta nqabad ir-raġel Albaniż ilbieraħ.

L-Albaniż ta’ 25 sena huwa s-suspettat ewlieni fil-qtil tal-koppja, li nqatlu b’sitt tiri ġo darhom stess. Il-Pulizija għadha qiegħda tfittex lil żewġ irġiel oħra li kienu parti mill-qtil, iżda t-TVM qal li l-Pulizija hija fiduċjuża li ssibhom ma ddumx.

Id-dettalji mogħtija mill-Kummissarju tal-Pulizija
Il-Pulizija tgħid li kien arrestat il-moħħ wara l-qtil doppju

Waqt il-konferenza stampa li indirizza lbieraħ, il-Kummissarju tal-Pulizija Angelo Gafà qal li ż-żewġ irġiel Maltin inkwistjoni mhumiex suspettati b’involviment fil-qtil. It-Times tirrapporta li wieħed inħeles dalgħodu, u l-ieħor inħeles waranofsinhar. Wieħed minnhom allegatament kien qed jiġi investigat talli żamm lill-akkużat mistoħbi għandu, iżda jidher li jaf ma kienx konxju li l-persuna konċernata kienet allegatament involuta fi qtil.

Il-Pulizija għandhom 48 siegħa biex iressqu lill-arrestat il-qorti b’akkuża. ONE News irrapporta li huwa x’aktarx jitressaq il-qorti għada filgħodu.

Ilbieraħ ġie arrestat l-akkużat… u issa?
Xi jmiss wara l-arrest tal-bieraħ?

Il-qtil ta’ Dr Chris Pandolfino u Ivor Maciejowski huwa s-sitt omiċidju din is-sena. 

L-ewwel aħbar ġimgħa ilu
Jinqatlu żewġt irġiel f’Tas-Sliema