Qtil doppju: Familja mġarrba b’delitt imwettaq mill-missier

CMRU

Il-vittmi tal-qtil makabru f’Ħal Għaxaq, Marija Lourdes u Angele Bonnici kien għadhom qed jirkupraw mill-passat traġiku peress li r-raġel ta’ Maria Lourdes kien qatel lill-ġirien f’argument jaħraq.

Paul Bonnici weħel 31 sena l-ħabs wara li nstab ħati li fis-sena 2000 kellu argument fatali mal-ġirien Joseph u Carmela Dalli quddiem ir-residenza tagħhom f’ Ħal Għaxaq.

Rapporti qed jgħidu li iben il-vittma jidher li ammetta li kien hu li qatel lil ommu u lil oħtu Angele.

Dwar il-każ infetħet inkjesta mmexxija mill-Maġistrat tal-Għassa Dr Caroline Farrugia Frendo li ħatret bosta esperti biex jassistuha. Investigazzjonijiet ulterjuri mill-Pulizija għadhom għaddejjin.

Marija Lourdes Bonnici u bintha Angele Bonnici, kienu rrappurtata nieqsa lill-
Pulizija. Huma dehru l-aħħar nhar it-Tlieta 26 ta’ Marzu għall-ħabta tas-7am fir-residenza tagħhom f’Ħal Għaxaq.