Qtil doppju: Esebiti l-oġġetti mis-sit tad-delitt

Read in English.

Fil-Qorti ġew esebiti għoxrin oġġett li ġew elevati mis-sit tad-delitt ta’ Marija Lourdes Bonnici u bintha Angele Bonnici. Huma kienu rrappurtata nieqsa lill-Pulizija l-Erbgħa 27 ta’ Marzu filwaqt li kienu nstabu f’għalqa fil-limiti ta’ Ħal Għaxaq fit-30 ta’ Marzu.

Dalgħodu kompliet il-kumpilazzjoni tax-xhieda kontra l-akkużat li qatel liż-żewġ nisa. Xehed is-Surġent Kevin Manicolo, li flimkien ma’ uffiċjali oħra, kienu preżenti fil-lejl meta fis-siegħat bikrin ta’ filgħodu, l-akkużat ħadhom f’għalqa fejn tefa’ taħt il-ħamrija l-katavri ta’ ommu u oħtu, wara li ammetta r-reat. Is-Surġent irrakonta b’mod dettaljat kif l-uffiċjali tal-pulizija neħħew il-ħamrija, fil-post indikat mill-akkużat u sabu l-katavri midfuna, li ttieħdu l-kamra mortwarja biex isir l-awtopsja.

Irrakonta wkoll il-proċess fis-sit tal-Wasteserv meta l-ħaddiema battlu skip fejn sabu mazza kbira, bil-manku tal-ħadid ta’ sitt kilogrammi, li intużat mill-akkużat. Intqal kif l-arma ttieħdet biex isiru testijiet forensiċi fuqha.

AQRA: Qtil doppju: Id-Difiża titlob li Bonnici jingħata kura psikjatrika fil-ħabs

AQRA: Qtil Doppju: “Skantani għax tifel kwiet” – missier l-akkużat

AQRA: Qtil doppju: “Salvani minn relazzjoni t’abbuż” – l-għarusa tal-akkużat

AQRA: Qtil doppju: “Jiena nħobbha lil ommi, imma…” – l-akkużat lil zitu

AQRA: Qtil doppju: “M’hemmx x’tagħmel la l-moħħ ħadem hekk” – Bonnici

AQRA: Qtil doppju: Il-ġirien qatt ma basru li seta’ joqtol – rapporti

AQRA: Qtil doppju: Familja mġarrba b’delitt imwettaq mill-missier

AQRA: Aġġornata – Qtil doppju: Qraba tal-vittmi jwasslu l-Pulizija għas-sejbien tal-katavri