Qtil Caroline Magri: 30 sena ħabs għall-eks sieħeb tagħha

Raġel ġie kkundannat 30 sena ħabs wara li ammetta li qatel lill-eks sieħba tiegħu.

Ir-raġel Djibril Ganiou mit-Togo ammetta li qatel lil Caroline Magri f’Settembru 2016.

AQRA: Il-vittma Caroline Magri b’qatgħa kbira m’għonqha

Magri li kellha sebat itfal kienet instabet b’għonqa mħanxar f’appartament f’Ta Ġiorni.

Ganiou kien qal lill-Pulizija li kienet il-vittma stess li ċemplitlu tgħidlu li kienet se toqtol lilha nnifsha wara li kienu ġġieldu. Huwa kien qal ukoll li kien sabha mejta. Iktar tard waqt l-interrogazzjoni huwa kien ammetta li qatilha.

Ir-raġel kien wieġeb mhux ħati għall-akkużi miġjuba kontrih meta tressaq il-Qorti f’Ottubru 2016.

Il-Ħamis Ganiou ammetta li huwa ħati tal-qtil u li kellu sikkina meta seħħ il-każ.

L-Imħallef Giovanni Grixti kkundannah għal 30 sena ħabs kif ukoll ordnalu li jħallas kważi €40,000 fi spejjeż tal-Qorti. L-Imħallef wissih li jekk jonqos milli jħallas l-ispejjeż tal-Qorti dawn jitħallsu permezz ta’ ħabs effettiv.

L-avukat Elaine Mercieca dehret f’isem l-Uffiċċju tal-Avukat Ġenerali filwaqt li l-avukati Franco Debono u Marion Camilleri dehru bħala parte civile.

L-avukat Joseph Ellis deher għall-akkużat.

Aqra iktar:

L-istejjer ta’ nisa maqtula jidwu fil-Belt Valletta

“L-ebda mara ma għandha tgħix fil-biża’ li tinqatel mir-raġel”

60 mara maqtula f’200 sena: “mard mentali jew adulterju”

Qatel lil martu għax kelmet lil zijuha fil-Magħtab