Qtil Birkirkara: “Tani daqqa, bżajt u tajtu daqqa b’sikkina”

Ir-raġel ta’ 36 sena minn Birkirkara akkużat bi qtil ta’ Roderick Grech qal li huwa tah bis-sikkina biex jiddefendi lilu nnifsu.
Żewġ uffiċjali taċ-CIDS xehdu li l-aggressur sar aggressiv wara li ftehim tad-droga mar ħażin. Dan hekk kif Grech mar biex jixtri d-droga iżda ma kellux flus.
Fil-Qorti nstema’ lil l-akkużat beda jibża’ mill-vittma hekk kif il-vittma tah daqqa fuq spalltu.
Spjega li dak il-ħin tah daqqa ta’ sikkina u ħarab minn fuq il-post.
Qalu li meta marru d-dar tal-akkużat sabulu żarbun imċappas bid-demm.
Spjegaw li l-akkużat qalilhom li rema s-sikkina f’borza tal-iskart, madankollu din is-sikkina qatt ma nstabet.
Il-ħwejjeġ li kien liebes waqt id-delitt marru għal testijiet forensiċi.
Grech, ta’ 26 sena min-Naxxar kien miet fl-Isptar Mater Dei wara li fid-29 ta’ Marzu nstab mal-art f’Birkirkar wara li qala daqqiet ta’ sikkina.