Qrati:16,685 siegħa xogħol fil-komunità f’sitt snin

Sentenza tal-Qorti ta’ Għawdex kkundannat lill-persuna biex tagħmel mitt siegħa ta’ servizz fil-komunità mal-Gozo Football Association!
Dan qalu l-Ministru għall-Ġustizzja Owen Bonniċi fi tweġiba għall-mistoqsija tad-Deputat Nazzjonalista Carmelo Mifsud Bonniċi.
Fl-aħħar sitt snin ingħataw 154 sentenza minn qrati f’Malta għal servizz fil-komunità jew servizz fil-komunità marbut ma’ probation fosthom 32 mogħtija s-sena li għaddiet. B’kollox is-sentenzi kienu jammontaw għal 16,585 siegħa xogħol ma’ 91 organizzazzjoni mhux governattiva u 33 Kunsill Lokali. F'Għawdex ingħatat sentenza waħda; appuntu dik ta’ mitt siegħa mal-GFA.
Bonnici kkjarifika li fir-rigward tas-sena 2015 għad hemm każijiet li għad iridu jiġu allokati ma’ NGO jew ma’ Kunsill Lokali sabiex ikunu jistgħu jwettqu n-numru ta’ sigħat ta’ xogħol.