Qraba jiddeċiedu li jagħtu l-organi ta’ persuni mejta

Matul is-snin kien hemm bosta qraba li ddeċidew li minkejja li l-persuna li tkun mietet ma kinitx fir-reġistru tad-donaturi tal-organi, taw il-kunsens tagħhom biex issir id-donazzjoni.

Dan ħareġ permezz ta’ mistoqsija parlamentari tad-deputat Nazzjonalista Karol Aquilina, li staqsa għall-figuri tal-każijiet mill-2016 sa din is-sena.

Il-Ministru għas-Saħħa Chris Fearne qal li minn Diċembru tal-2016 sal-2017 kien hemm 14-il donatur, fl-2018 kien hemm 12 u fl-2019 sal-bidu t’April kien hemm tliet donaturi li l-kunsens inġabar mill-qraba.

Kemm hawn donaturi tal-organi?

Din il-ġimgħa, il-Ministru Fearne ħabbar li l-lista ta’ donaturi tal-organi telgħet għal 20,000. Sadanittant, hemm aktar minn 100 pazjent Malti u Għawdxi jistennew l-organi li jvarjaw minn kliewi għall-cornea sa qlub u pulmuni. 245 membru tal-Korp tal-Pulizija rreġistraw lilhom infushom bħala donaturi tal-organi.

Aqra: 20,000 donatur tal-organi f’Malta; irreġistraw 245 uffiċjal tal-pulizija

Fl-aħħar xhur kien hemm bosta Membri Parlamentari u ħaddiema li ddeċidew li jżidu lilhom infushom mal-lista tad-donaturi tal-organi.

Aqra: MPs jingħaqdu mal-kampanja għad-donazzjoni tal-organi

Min jixtieq li jagħti l-organi tiegħu wara mewtu jista’ jiġbor formola miċ-ċentri tas-saħħa, miċ-ċentru tal-għoti tad-demm jew inkella mis-sit www.organdonation.gov.mt.

Aqra: “Konna Sqallija; ċemplulna biex jgħidulna li kellu emoraġija f’moħħu”