Qraba biss jistgħu jpoġġu ħdejn xulxin fir-ristoranti fl-Italja

Qraba mill-istess familja biss se jkunu jistgħu jpoġġu ħdejn xulxin fir-ristoranti fl-Italja.

Skont The Guardian il-ħwienet, ir-ristoranti, u l-hairdressers qed jippreparaw biex jiftħu minn għada. Dan hekk kif il-Gvern Taljan qed jibda jnaqqas mill-miżuri li kien implimenta – dawn kienu fost l-aktar stretti fid-dinja.

Il-ħwienet kbar qed jieħdu miżuri ulterjuri. Dawn qed jgħoddu n-numru ta’ nies li jidħlu permezz ta’ app u l-ħwejjeġ li wieħed jipprova fiċ-changing rooms iridu jmorru fi kwarantina għal 24 siegħa.

F’Malta l-PM Robert Abela llum ħabbar li r-ristoranti f’Malta għandhom jinfetħu fil-jiem li ġejjin.

Fuq Twitter l-MEP Laburista Alfred Sant qal li r-ristoranti se jkollhom inaqqsu l-ammont ta’ nies li jistgħu jdaħħlu bin-nofs. Staqsa x’se jiġri bil-prezz tal-ikel jekk hux se jirdopjja.