Qorti tirreżisti l-aħħar projbizzjoni tal-ivjaġġar ta’ Donald Trump

L-aħħar deċiżjoni tal-President Donald Trump biex jimponi projbizzjoni fuq ċittadini minn tmien pajjiżi biex jidħlu fl-Istati Uniti, sabet ir-residenza tal-Qorti.
Imħallef Federali ordna li din il-projbizzjoni tkun imrażżna b’mod temporanju u dan meta kellha tidħol fis-seħħ mil-lum.
Dan huwa l-istess wieħed li kien imblokka l-ordni eżekuttiva ta’ Trump f’Marzu li għadda u li kienet tpoġġi projbizzjoni fuq dawk deħlin l-Istati Uniti u ġejjin minn sitt pajjiżi Musulmani.
Il-Qorti Suprema tal-Istati Uniti kienet tat permess biex tidħol fis-seħħ parti mill-projbizzjoni li kienet qajmet diskussjoni sħiħa madwar id-dinja u anke sabet reżistenza minn Qrati fl-Istati Uniti stess.
Id-deċiżjoni ta’ Trump se tolqot direttament ċittadini tal-Iran, il-Libja, is-Sirja, il-Jemen, is-Somalja u l-Korea ta’ Fuq u anke xi uffiċjali mill-Venezuela.
L-Istat ta’ Hawaii qed jisħaq li l-President, skont il-liġi federali tal-immigrazzjoni, ma għandu l-ebda poter biex jimponi dawn it-tip ta’ restrizzjonijiet.