Read in English.
Il-bastiment tat-tfittxija u salvataġġ Open Arms se jidħol fl-ibħra territorjali Taljani viċin ta’ Lampedusa hekk kif it-Tribunal Amministrattiv ta’ Lazio tahom raġun.
Open Arms ilu bla port sigur għal dawn l-aħħar 13-il jum b’madwar 150 persuna abbord il-bastiment.
L-għaqda ppreżentat rikors quddiem il-Qorti Taljana kontra d-digriet tal-Ministru tal-Intern Taljan Matteo Salvini.
Il-Qorti Taljana ddeċidiet li tħalli l-bastiment jidħol fl-ibħra territorjali Taljani, hekk kif qieset li s-sitwazzjoni hi waħda gravi u urġenti. Il-Qorti sostniet li hemm bżonn ta’ azzjoni immedjata. Dan wara li l-Qorti rat rapporti mediċi u psikoloġiċi ta’ dawk li huma abbord il-bastiment.
Id-deċiżjoni tal-Qorti ma tindikax f’liema port jistgħu jidħlu iżda l-għaqda Proactiva qalet li se tkun qed issalpa lejn Lampedusa.
Id-digriet ta’ Salvini jista’ jwassal għal multi sa €50,000 lill-kaptan tal-bastiment, lis-sid u lill-operatur jekk dan jidħol fl-ibħra Taljani mingħajr permess.
Matul il-jum tal-Erbgħa l-Prim Ministru Taljan Giuseppe Conte kiteb lil Salvini biex jitniżżlu l-minuri minn fuq Open Arms.
Salvini rreaġixxa li se jkun qed jiffirma ordni li twaqqaf lil Open Arms milli tniżżel l-immigranti l-Italja. Huwa qal li fis-sigħat li ġejjin se jkun qed jiffirma “le”. Fuq Twitter Salvini kiteb “Għiduli jekk hux stramba l-biċċa, fejn bastiment Spanjol f’ibħra Maltin jista’ jirrikorri għand il-Qrati Taljani biex iniżżel l-immigranti fl-Italja.”
Ditemi se è normale che una nave Ong spagnola in acque maltesi si rivolga ad un avvocato di un tribunale amministrativo per chiedere di sbarcare sulle nostre coste!
Nelle prossime ore firmerò il mio NO perché complice dei trafficanti non voglio essere.#portichiusi 🇮🇹— Matteo Salvini (@matteosalvinimi) August 14, 2019
Aqra iktar:
1 mejjet u ieħor fil-periklu tal-mewt; l-AFM ittellagħhom minn dingi
Żewġ nisa u familthom ġew evakwati minn Open Arms lejn Malta
L-immigranti jibqgħu bejn sema u ilma; Malta tgħid ‘le’
Malta lesta tieħu 39 immigrant; deċiżjoni li qed toħloq tensjoni – Open Arms
Richard Gere jappella lil Salvini biex jieqaf “jiddemonizza” lill-immigranti u jgħinhom