​Qorti Taljana tgħid li Berlusconi jista’ jkollu kariga pubblika

Qorti Taljana temmet il-projbizzjoni li kienet imposta fuq l-eks Prim Ministru Taljan Silvio Berlusconi milli jkollu kariga pubblika.
Skont il-BBC, Berlusconi ġie mwaqqaf milli jkollu kariga pubblika fl-2013 wara li ngħata sentenza ta’ erba’ snin għal frodi tat-taxxa. Madanakollu, hu qatt ma qatta’ ħin fil-ħabs.
Din id-deċiżjoni waslet ftit jiem biss wara li Berlusconi aċċetta li l-partit tal-lemin tiegħu jitkellem mal-Moviment tal-Ħames Stilel dwar il-possibbilità li jiffurmaw Gvern.
Jekk it-taħdidiet ifallu u tissejjaħ elezzjoni oħra, Berlusconi jista’ jikkontesta.